Wednesday, March 12, 2025

“Paola Hub se naraw li nkunu qed inwassluh lin-nies din is-sena”- Il-Ministru tas-Saħħa

Aqra wkoll

Il-ħidma li kienet għaddejja fil-kwiet u minn wara kwinti dwar il-Paola Hub qiegħda tħalli l-frott tagħha u hu  mistenni li dan il-proġett tant mistenni  se jasal għand il-pubbliku din is-sena.  Dan se jkun possibbli grazzi għal ħidma li wettaq il-Ministru għas-Saħħa, Jo Etienne Abela.

Dan is-sit hu infurmat li bħalissa għaddejjin preparamenti biex finalment sa l-aħħar tas-sena, il-proġett se jkun qed jitwassal lin-nies.  Dan il-proġett  jkopri medda ta’ 1,700 metru kwadru f’Raħal Ġdid. 

Iċ-ċentru tas-saħħa reġjonali ser ikun ta’ seba’ sulari, inkluż sala tal-emerġenza b’servizz ta’ ambulanza u parkeġġ għal 230 karozza. Fis-sular ta’ fuq nett se jkun hemm ukoll ‘operating theatre’ fejn se jsiru ‘day surgery cases’ li bħalissa jsiru Mater Dei, u fis-sular ta’ taħtu se jkun hemm firxa ta’ servizzi iktar milli jiġu offruti f’ċentru tas-saħħa normali, bħal saħħa mentali, dentistrija, podjatrija, affarijiet bħal lifestyle clinic.

Permezz ta’ dan iċ-ċentru n-nies tan-nofsinhar ta’ Malta se jkunu jistgħu jsibu dawn is-servizzi mingħajr ma jimxu lejn Mater Dei u b’hekk jinqdew xorta fi żmien iktar qasir,” spjega l-Inġinier Vella Zarb.

Il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela, meta tkellem f’diskussjoni qal li “fis-sena 2024 u 2025 s’issa ma kienx hemm pazjent wieħed li ġie ikkurat fil-kurutturi”.

Hu qal ukoll li “fejn jirrigwarda mediċini tal-POYC f’dawn l-10 snin l-ispiża telgħet minn €3 miljun għal €25 miljun. Bħala Gvern nemmen li nistgħu ntejbu s-sistema tat-tenders u anke jinġabu mediċini innovattivi. Jien nemmen ħafna f’sistema ta’ “parallel imports” li lilna tkun tista’ tgħina ngħinu ħafna aktar pazjenti.”

Il-Ministru Abela qal ukoll li “bħala Ministeru ilna insaħħu l-kollaborazzjoni mal-privat għal numru ta’ snin. Din is-sena rridu li dik il-kollaborazzjoni tikber iktar. F’xahrejn permezz ta’ attività intensiva fl-isptarijiet tal-Gvern u tal-privat, minn Novembru naqqasna il-lista ta’ stennija  ta’ bdil ta’ irkoppa  b’200 każ.”

Il-Ministru Abela qal ukoll li “fejn jidħlu l-anzjani, aħna rridu li pajjiżna fil-futur ikollu inqas piż ta’ anzjani li jiġu bżonn sodod fi djar tal-anzjani. L-istrateġija tal-Gvern hi li l-anzjani jibqgħu fil-komunità permezz ta’ inċentivi u firxa ta’ servizzi fil-komunità. Ma rridux li pajjiżna jkollna iktar djar tal-anzjani milli skejjel.”

Tkellem ukoll id-Dijabete u qal li wara li tajna CGM’s li kull pazjent type 1 diabetes, nisa b’dijabete tat-tqala u pazjenti li tinxfilhom jew titneħilhom il-frixa, din is-sena ser inkunu qed jingħataw insulin pumps. Din se tingħata lil pazjenti bid-dijabete type 1 li għandhom sa 18-il sena”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport