Tuesday, April 16, 2024

25 każ ġdid ta’ Covid-19; ifiqu 26

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/200199988365219

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li minn total ta’ 1,551 swab test irriżultaw 25 każ ġdid tal-Covid-19 biex b’hekk it-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija tela’ għal 2,039. Il-każijiet li tħabbru llum għadhom qed jiġu investigati.

Intant, tħabbar li fiequ 26 persuna oħra biex issa t-total ta’ dawk imfejqa huwa ta’ 1,627. Il-każijiet attivi bħalissa huma 398.

Fl-aġġornament l-awtoritajiet tas-saħħa taw id-dettalji tal-każijiet li ġew imħabbra s-Sibt fejn 10 minnhom kienu membri tal-familja ta’ każijiet magħrufa, żewġ każijiet ta’ kollegi fuq il-post tax-xogħol, każ minn attività fejn jiltaqgħu n-nies u erba’ każijiet wara kuntatt dirett ma’ każijiet pożittivi oħra.

Sa mill-bidu tal-pandemija saru 202,137 swab test u sfortunatament tilfu ħajjithom 14.

Ekonomija

Sport