Sunday, December 22, 2024

267 appartament ġdid f’Ħal Farruġ bis-saħħa ta’ ftehim ta’ €22 miljun 

Aqra wkoll

Il-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali f’pajjiżna fejn minkejja l-isfidi li jeżistu qegħdin naraw proġetti kontinwi għaddejjin waqt li l-lista ta’ stennija naqset bin-nofs u minn madwar 3,500 persuna jistennew saqaf fuq rashom illum hemm 1,500 persuna. 

Propju matul din is-sena, il-Gvern se jkun qed jonfoq xejn inqas minn €50 miljun, li hi somma rekord għal dan il-qasam. Waqt li fil-qasam soċjali qegħdin naraw din il-ħidma għaddejja, hemm ħidma oħra fis-skiet li qiegħda titratta l-abbużi fis-settur tal-kera bl-introduzzjoni ta’ liġijiet li jindirizzaw lil dawk li qed jabbużaw mill-vulnerabbli biex iħaxxnu bwiethom.

Fl-aħħar xhur rajna li l-ħidma li għaddejja wasslet bier ġie inawgurat proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali għal 27 familja fiż-Żurrieq,  ġew inawgurati appartamenti ġodda għal 11-il familja fil-Qrendi. Ma’ dan hemm proġett li jinsab fi stadium avvanzat ħafna fil-Qrendi, proġett li se jiġi jiswa €3.5 miljunj u dan jinkludi 26 appartament u 20 garaxx. F’Ħal Kirkop kienu inawgurat ukoll proġett igħal 19-il familja u ieħor għal tminn familji.

Il-ħidma f’dan il-qasam kompliet proprju fl-aħħar sigħat, fejn tħabbar li ġie ffirmat ftehim ta’ finanzjament ta’ €22 miljun bejn il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Malita Investments. Dan se jara l-bini ta’ 267 appartament ta’ housing soċjali f’Ħal Farruġ.

Il-ftehim kien ffirmat waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament, li preżenti għaliha kien hemm il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes.

Ġie spjegat li dan il-ftehim ta’ self se jkun qed jagħti prijorità lill-bini ta’ housing soċjali u affordabbli f’Ħal Farruġ u li fuqhom bħalissa għaddej b’ritmu tajjeb ix-xogħol ta’ kostruzzjoni.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes iddikjara li tul din is-sena kien hemm infieq rekord għas-settur tal-housing. Qal li mhux biss qed jinbnew l-appartamenti, imma l-Gvern qed jibni komunitajiet sostenibbli għal kulħadd

Ekonomija

Sport