Thursday, July 23, 2026
Home Aktar 27 immigrant mgħobbijin minn tanker ta’ Maersk u fi triqithom lejn Malta

27 immigrant mgħobbijin minn tanker ta’ Maersk u fi triqithom lejn Malta

0
685

Fl-aħħar ħin, Alarm Phone qalet li rċeviet konferma li t-tanker ta’ Maersk għabba 27 immigrant abbord u issa jinsab fi triqtu lejn Malta. 

Alarm Phone qalet li s-27 persuna ilhom ifittxu l-għajnuna għal 34 siegħa u għalhekk talbet lil Malta biex jipprovdulhom l-għajnuna kollha neċessarja biex ikunu siguri.

Bħalissa l-bastiment Etienne jinstab fi triqtu lejn il-Belt u jinsab fil-Lvant tal-Mediterran.