Sunday, November 3, 2024

27 imutu u oħrajn jindarbu fi triqithom lejn faċilità ta’ kwarantina fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Xarabank li ġġorr nies lejn faċilità ta’ kwarantina tal-Covid-19 fiċ-Ċina kienet involuta f’inċident li ħalla 27 persuna li kien hemm abbord mejta. 

Qed ikun irrappurtat li l-vettura nqalbet fi triq ewlenija fil-provinċja tal-Lbiċ ta’ Guizhou. Intqal ukoll li f’dan l-inċident indarbu 20 persuna oħra. 

L-inċident qanqal rabja online minn dawk li jikkritikaw il-politika ta’ “zero-Covid” ta’ Beijing.

Din il-politika tinvolvi ttestjar u traċċar tal-massa. Dawk li jirriżultaw pożittivi u l-kuntatti mill-qrib tagħhom ma jistgħux jiżolaw fi djarhom u għalhekk ikollhom jittieħdu f’din il-faċilità.

Il-kawża tal-ħabta, li seħħet kmieni l-Ħadd filgħodu għadha mhix magħrufa. 

Guizhou bħalissa qed jesperjenza żieda fl-infezzjonijiet. Din il-provinċja rreġistrat 712-il każ ġdid matul il-jum tas-Sibt.

Sport