Thursday, June 25, 2026

Rashed Al Tumi fil-mira ta’ Birkirkara FC

Aqra wkoll

Il-goalkeeper internazzjonali Malti Rashed Al Tumi qed jiġbed interess ta’ numru ta’ klabbs fil-Kampjonat Premier hekk kif huwa mifhum li tliet klabbs kitbu uffiċjalment lil Sliema Wanderers għas-servizzi ta’ Al Tumi, fosthom Birkirkara FC.

Rashed Al Tumi jinsab taħt kuntratt liema kuntratt jiġi fit-tmiemu mat-tmiem l-istaġun 2027 / 2028. Kelliem għal Sliema sostna magħna li Al Tumi jinsab fil-pjanijiet tal-kowċ Branko Nisevic madankollu sorsi viċin din il-paġna sostnew li l-Wanderers jistgħu jirrikunsidraw il-pużizjoni tagħhom jekk huma jirċievu xi offerta minn barra mill-pajjiż jew waħda stroadrinarja mis-suq lokali.

L-ewwel esperjenza ta’ Al Tumi kienet fl-2022 fejn huwa kien ingħaqad mal-blues wara numru ta’ esperjenzi fl-Italja. Fl-2024 / 2025 u mar jilgħab fil-Moldova ma FC Sheriff qabel ma’ reġgħa ingħaqad ma’ Sliema l-istaġun li għadda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport