Thursday, June 25, 2026

‘Ninsab kuntent ħafna u motivat b’din l-isfida ġdida ma’ Victoria Hotspurs FC’ – Wescley Matos da Silva

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Victoria Hotspurs FC ħabbru l-akkwist ta’ Wescley Matos da Silva.

Matul l-aħħar żewġ staġuni, Wescley kiseb rikonoxximent mifrux waqt li rrappreżenta lil Sliema Wanderers, fejn wera ħila, viżjoni u kreattività eċċezzjonali. Bħala moħħ veru f’nofs il-grawnd, huwa wera b’mod konsistenti l-abbiltà tiegħu li jikkontrolla t-tempo tal-logħba u joħloq opportunitajiet għal sħabu fil-ground.

Fi stqarrija, Victoria Hotspurs, qalu li jinsabu eċċitati li jaraw lil Wesley imexxi nofs il-grawnd tagħhom u jġib it-talent tiegħu mar-Reds.

L-esperjenza, il-kwalità u t-tmexxija tiegħu fil-grawnd bla dubju se jsaħħu l-iskwadra ta’ Victoria.

B’hekk, Wescley se jkun jingħaqad mat-tliet plejers Brażiljani li diġà tħabbru mill-klabb, u jżid aktar stil u kwalità fit-tim.

Victoria temmew li jinsabu fiduċjużi li dan il-kwartett ta’ players Brażiljan se jġib ħafna stil fil-grawnd u jipprovdi lill-partitarji tagħhom b’futbol eċitanti biex igawdu matul l-istaġun kollu.

Dan is-sit għamel kuntatt b’mod immedjat ma’ Wescley innifsu fejn tana dawn il-kummenti:

“Ninsab kuntent ħafna u motivat b’din l-isfida ġdida. Kulħadd faħħar ħafna lill-klabb, u l-aħħar ftit snin urew dan fil-grawnd, billi rebħu diversi unuri.”

“Dejjem se nġorr lil Sliema f’qalbi … dan kien il-klabb li fetaħli l-bibien f’Malta u fejn kelli ħafna mumenti speċjali. Illum, jekk jien magħruf f’Malta, huwa parzjalment minħabba l-bieb li fetaħli dan il-klabb fl-aħħar żewġ staġuni. Nawgura lill-klabb suċċess fis-snin li ġejjin!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport