Thursday, June 25, 2026

Valletta FC isellmu lil Rowen Muscat

Aqra wkoll

Fi stqarrija fuq il-mezzi soċjali, Valletta FC, ħabbru li Rowen Muscat m’gaħdux iktar player tagħhom wara aktar minn 150 dehra, diversi unuri mirbuħa u memorji bla għadd bil-flokk tat-tim mill-kapitali.

Minn meta ngħaqad ma’ Valletta FC għall-ewwel darba f’Jannar 2017, Rowen kellu rwol ewlieni f’xi wħud mill-aktar mumenti ta’ suċċess ta’ Valletta, fejn għen lill-Beltin jirbħu t-titli tal-Premier League, l-FA Trophy, Super Cups, it-titlu taċ-Challenge League u u l-Jubilee Cup.

Hekk kif il-kapitlu tiegħu ma’ Valletta wasal fi tmiemu, Valletta FC irringrazzjawh għal dak kollu li ta lill-Klabb u awguraw lilu u lill-familja tiegħu kull suċċess għall-futur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport