Mara Ingliża ta’ 23 sena se tkun qiegħda tingħata l-mewt permezz ta’ skwadra tal-isparar f’Dubia wara li nstabet ħatja li qatel raġel.
Skont informazzjoni fuq il-midja internazzjonali, il-mara li bħalissa qiegħda tinżamm f’ħabs taħt sigurtà stretta f’Dubai qatlet ġuvni ta’ 26 sena li ltaqgħet miegħu fuq l-internet.
Huma bdew jitkellmu flimkien u ltaqgħu f’Dubai stess fejn seħħ dan id-delitt.
Il-familja tagħha qiegħda tgħid li hija m’għandix tingħata l-piena tal-mewt minħabba li dak li wettqet kien kollu ‘self defence’ hekk kif ġiet aggredita mill-ġuvni.

