MARCUS RASHFORD – Manchester United se jimmiraw li jirranġaw trasferiment għall-attakkant tal-Ingilterra, Marcus Rashford, 28 sena, qabel il-kamp ta’ taħriġ ta’ qabel l-istaġun tagħhom f’Dublin f’Awwissu. Madankollu, hemm ukoll pjani fis-seħħ biex Rashford jerġa’ jiġi integrat fl-iskwadra tal-United taħt Michael Carrick.
ANTONIO NUSA – Arsenal u Tottenham huma fost ħames clubs tal-Premier League li qed iħarsu lejn trasferiment għall-winger ta’ RB Leipzig u n-Norveġja, Antonio Nusa, 21 sena.
JUNIOR KROUPI – Barcelona għażlu lill-attakkant Franċiż ta’ Bournemouth, Junior Kroupi, 20 sena, iżda jistgħu jiffaċċjaw taqtiegħa minn Paris St-Germain, Arsenal u Tottenham.
EMILIANO MARTINEZ – Juventus iridu li Aston Villa jnaqqsu t-talba tagħhom għal ħlas ta’ €10 miljun għall- goalkeeper Arġentin, Emiliano Martinez, 33 sena, wara li diġà qablu fuq t-termini personali.
LUCAS HERRINGTON – Barcelona qed jikkompetu ma’ għadd ta’ clubs tal-Premier League, inklużi Chelsea, Manchester City u Manchester United, għad-difensur ta’ Colorado Rapids u l-Awstralja, Lucas Herrington, 18-il sena, li għandu stima kbira.
AYYOUB BOUADDI– Manchester City, Arsenal u Liverpool kollha qed jiġru wara l-midfielder ta’ Lille, Ayyoub Bouaddi, 18-il sena, li qed jilgħab fit-Tazza tad-Dinja għall-Marokk.
DUSAN VLAHOVIC – Chelsea se jikkunsidraw lill-attakkant ta’ Juventus u s-Serbja, Dusan Vlahovic, 26 sena, jekk jagħżlu li jfasslu mill-ġdid id-dipartiment tal-attakk tagħhom dan is-sajf.
RICCARDO CALAFIORI – Il-coach ta’ Real Madrid, José Mourinho, qed jikkunsidra lid-difensur ta’ Arsenal u l-Italja, Riccardo Calafiori, 24 sena, lill-sieħbu tal-Gunners, l-Ekwadorjan Piero Hincapie, 24 sena, u lid-difensur ta’ Manchester City u l-Portugall, Ruben Dias, 29 sena, hekk kif qed ifittex li jżid il-fiżikalità fid-difiża tiegħu.
FABINHO – L-eks midfielder ta’ Liverpool u l-Brażil, Fabinho, 32 sena, jgħid li hu interessat li jerġa’ jingħaqad ma’ Mourinho ma’ Real Madrid wara li telaq minn Al-Ittihad tal-Arabja Sawdija.
ANDREY SANTOS – Manchester United qablu fuq ftehim ta’ £50 miljun ma’ Chelsea għall-midfielder Brażiljan, Andrey Santos, 19-il sena. Il-ftehim mexa malajr wara li l-United urew interess fi tmiem il-ġimgħa. Il-United se jħallsu £48 miljun inizjali għal Santos, b’£2 miljun oħra addizzjonali f’dawk li huma deskritti bħala żidiet oħra ‘li jistgħu jintlaħqu’.
GEOVANY QUENDA – Chelsea ħabbru l-iffirmar tal-winger ta’ Sporting CL, Geovany Quenda, 19-il sena, fi ftehim li jiswa £40 miljun. Iż-żagħżugħ iffirma kuntratt ta’ tmien snin u sar it-tieni akkwist taħt il-manager il-ġdid, Xabi Alonso, wara l-iffirmar ta’ £42 miljun għad-difensur ta’ Atalanta, Marco Palestra, 21 sena.
BRUNO GUIMARAES – Il-Brażiljan ta’ Newcastle, Bruno Guimaraes, 26 sena, talab biex jitlaq lill-Magpies, b’Arsenal jaċċelleraw l-interess tagħhom fil-midfielder. Il- Gunners kienu ħarsu lejn approċċi għal Guimaraes jew għall-eks sieħbu Sandro Tonali, li issa ngħaqad ma’ Tottenham għal £92.5 miljuni.
CURTIS JONES – Il-midfielder tal-Ingilterra, Curtis Jones, 25 sena, jista’ jibqa’ ma’ Liverpool hekk kif mhuwiex lest li jingħaqad ma’ Nottingham Forest, filwaqt li Inter mhumiex kapaċi jlaħħqu mal-prezz mitlub għalih.









