NSI RUNAVIK…………….. 1
HAMRUN SPARTANS…… 1
Fl-ewwel impenn tagħhom ta’ dan l-istaġun, Hamrun Spartans spiċċaw fi draw ta’ 1-1 liema partita kienet valida mill-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, biex nhar il-Ħamis li ġej, jilagħbu f’pajjiżna biċ-ċans li jikkwalifikaw.
Dan ir-riżultat jitqies bħala wieħed rimarkabbli għal Hamrun li xejn ma kienu ppreparati għal dan il-konfront hekk kif waslu f’Faroe Islands proprju lbieraħ wara nofs in-nhar stess minħabba li għal jumejn sħaħ il-kontinġent kien maqbud fin- Norveġja wara li l-ajruplan ma setax jagħmel inżul fl-ajruport ta’ Vagar, ta’ Faroe Islands, minħabba kundizzjonijiet ferm ħżiena tat-temp kif ukoll ċpar qawwi.
Kien hemm saħansitra l-possibbiltá li kieku l-Ispartans ma waslux fil-ħin, l-avversarji kienu jingħataw walk-over ta’ 3-0.
Intant Runavik fetħu l- iskor proprju fl-ewwel azzjoni denja ta’ nota, fil-25 minuta, meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jann Benjaminsen, il-captain PETUR KNUDSEN, kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża ma ħafirx.
U man-nofsiegħa logħob, Runavik resqu viċin li jirduppjaw meta f’azzjoni kważi foto-kopja tal-ewwel goal tagħhom, l-istess Knudsen kellu d-daqqa ta’ ras tgħaddi ftit għoli.
L-Ispartans għamlu reazzjoni u, fit-33 minuta, huma resqu viċin li jiksbu d-draw meta Matthew Guillaumier għadda tajjeb lejn Damir Ceter, li mill-viċin ra lill-goalkeeper, Tom Amos, isalva b’siequ.
Fit-48 minuta, Runavik, reġgħu resqu viċin li jsibu x-xibka meta l-player Daniż, Marius Lindh, kellu x-xutt mid-distanza jintemm ftit barra.
Iżda kienu Hamrun li għamlu l-iskor indaqs fis-56 minuta meta Lucas Villela pprovda l-assist lid-difensur Norvegiż, TOBIAS BJORNSTAD, li b’xutt mill-ewwel ħasad għal kollox lil Amos li mess ftit il-ballun iżda ma seta’ jagħmel xejn biex iżomm il-ballun milli jintemm ġewwa. B’hekk Bjornstad sab ix-xibka proprju fid-debutt tiegħu mal-Ħamruniżi.
Dan il-goal ipprovda injezzjoni morali lill-Isparatns u kulma jmur bdew jixħtu pressjoni fuq l-avverarji tagħhom, u fil-65 minuta Jake Grech kellu xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa li ġie salvat minn mal-art minn Amos.
Tliet minuti wara, reġa’ kien Grech li ħoloq il-periklu, meta wara li bidel il- ballun ma’ Ceter, kellu l- konklużjoni tiegħu minn tarf il-kaxxa tintemm ftit barra.
Runavik: Tom Amos, Alex Freyr Elisson (Filip Drinic 15), Daniel Obbekjaer, Viljormur Davidsen, Jann Benjaminsen, Beinir Nolsoe, Michal Przybylski, Eli Joensen, Marius Lindh (Sammy Skytte 83), Tobias Hestad (Aron Knudsen 61), Petur Knudsen – Coach: Sigurdur Eyjolfsson
Hamrun S.: Celio, Rafael Compri, Emerson Marcelina (Kean Scicluna 79), Vincenzo Polito, Jake Grech, Jack Ipalibo, Matthew Guillaumier, Tobias Bjornstad, Messie Biatoumoussoka, Lucas Villela (Ante Coric 65), Damir Ceter (Emmanuel Ernest 79) – Coach: Stefano Sanderra
Referee: Kevin O’Sullivan (Irlanda)
assistenti: Darragh Keegan, Eoin Michael Harte (Irlanda)
Raba’ Uff.: Lucas Keating (Irlanda)
Skorers: P. Knudsen 25 (R), T. Bjornstad 56 (HS)
Ammoniti: M. Przybylski, P. Knudsen (R)









