Wednesday, August 5, 2026
0
3

MARCUS RASHFORD – Fenerbah­ce huma lesti li jonfqu ħafna biex jattiraw lill-attakkant ta’ Manchester United u l-Ingilterra, Marcus Rashford, 28 sena, lejn it-Turkija dan is- sajf.

YAN DIOMANDE – Il-winger tal-Ivory Coast, Yan Diomande, 19-il sena, mhux se jattendi l-kamp ta’ taħriġ ta’ qabel l-istaġun ta’ RB Leipzig, bil-club jistenna ħlas ta’ €130 miljun fin-negozjati ma’ Real Mad­rid.

BRUNO GUIMARAES – Arsenal fetħu taħditiet ma’ Newcastle dwar it-trasferiment tal-midfielder Brażiljan, Bruno Guimaraes, 28 sena, li jittamaw li jiffirmawh għal ħlas ta’ bejn £70 miljun u £80 miljun.

FERRAN TORRES – Paris St-Germain qed jaċċelleraw it-tfittxija tagħ­hom għall-attakkant ta’ Barcelona u Spanja, Ferran Torres, 26 sena, li skor­ja l-goal tar-rebħa fil-finali tat- Tazza tad-Dinja kontra l-Arġentina.

CODY GAKPO – Liverpool ma għand­hom l-ebda pjan li jbigħu lil Cody Gakpo, 27 sena, minkejja li Tottenham esprimew l-interess tagħ­hom fl-attakkant internazzjonali Olandiż.

WILSON ISIDOR – Sunderland mhux se jbigħu lill-attakkant ta’ Haiti, Wilson Isidor, 25 sena, dan is- sajf minkejja l-interess minn għadd ta’ clubs partikolarment West Ham.

ENDRICK – L-attakkant ta’ Real Madrid u l-Brażil, Endrick, 20 sena, ġibed l-attenzjoni tal-club Taljan, Roma, f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf.

MYKHAILO MUDRYK – Coventry City, li għadhom kif ġew promossi, huma fost tliet clubs tal-Premier League li huma ħerqana li jiffirmaw lill-winger ta’ Chelsea u l-Ukrajna, Mykhailo Mudryk, 25 sena.

JORDAN HENDERSON – Il-midfielder tal-Ingilterra, Jordan Henderson, 36 sena, ingħaqad ma’ Chelsea b’kuntratt ta’ sentejn wara li temm tiegħu ma’ Brentford b’mod reċiproku. Huwa mexxa lil Liverpool għat-titlu tal-Premier League fl-2019-20 u rebaħ ukoll iċ-Champions Lea­gue, l-FA Cup, il-League Cup darb­tejn, il-UEFA Super Cup u t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs tal-FIFA fiż-żmien tiegħu f’Anfield. Fl-2023 hu­wa mar ma’ Al-Effitaq tal-Arabja Sawdija qabel ma ngħaqad ma’ Ajax tal-Olanda f’Jannar, 2024, u rritorna fil-Premier League ma’ Brentford is-sajf li għadda, fejn għamel 32 dehra fl-ogħla diviżjoni.

TREVOH CHALOBAH – Como qab­lu fuq ftehim li jiswa aktar minn £30 miljun biex jiffirmaw lid-difensur ta’ Chelsea u l-Ingilterra, Trevoh Chalobah, 27 sena, li mistenni jiffirma kuntratt fit-tul u jieħu rwol ta’ tmexxija taħt il-coach Cesc Fabregas fil-club Taljan, li assigura l-kwalifikazzjoni fiċ-Champions League billi spiċċaw fir-raba’ post fis-Serie A fl-istaġun li għadda.

EDEN DZEKO – Il-captain tal-Bosnja-Herzegovina, Edin Dzeko, 40 sena, iffirma estensjoni tal-kuntratt ta’ sena mal-club tal-Bundesliga, Schalke. L-eks attakkant ta’ Manchester City ingħaqad mal-club Ġer­maniż bi trasferiment ħieles f’Jannar, 2026, mingħand it-Taljani Fio­rentina u għenhom jerġgħu jiksbu l-promozzjoni fill-Bundesliga.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here