IMUT PLAYER PORTUGIŻ, 25 SENA – L-eks midfielder ta’ West Bromwich Albion, Quevin Castro, miet fl-età ta’ 25 sena waqt logħba fil-Portugall. Castro waqa’ mal-art waqt l-ewwel taqsima tal-logħba ta’ ħbiberija tat-team tat-Tielet Diviżjoni, Real Sport Clube, kontra dak tal-ogħla diviżjoni, Estrela de Amadora, f’Lisbona nhar is-Sibt.
L-Assoċjazzjoni tal-Football ta’ Lisbona (AFL) qalet li Castro “ħalla din id-dinja waqt il-logħba ta’ ħbiberija ta’ qabel l-istaġun”. Real Sport Clube qalu li l-midfielder kien “membru maħbub tal-familja sportiva tagħna”. Huwa ngħaqad ma’ WBA fl-2021 u għamel id-debutt tiegħu kontra Arsenal fil-League Cup bit-tieni dehra tiegħu għall-club seħħet kontra Swansea aktar tard dak l-istaġun, qabel ma ngħaqad ma’ Burton Albion b’self. Fl-Ingilterra huwa lagħab ukoll ma’ Cambridge City, York City u Notts County, qabel ma rritorna fil-Portugall fis-sajf li għadda.
JULIAN ALVAREZ (1) – L-attakkant Arġentin, Julian Alvarez, 26 sena, huwa miftuħ biex jingħaqad ma’ Arsenal, wara li qabel kien iffavorixxa trasferiment lejn Barcelona, bir-relazzjoni tiegħu mal-club attwali Atletico Madrid tibda ssir “mhux pjaċevoli”.
JULIAN ALVAREZ (2) – Il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, u d-direttur sportiv, Andrea Berta, żammew kuntatt frekwenti ma’ Alvarez dan is-sajf u, filwaqt li l-Arġentin għadu jippreferi trasferiment lejn Barcelona, issa jara lill-Gunners bħala soluzzjoni ta’ emerġenza milqugħa.
OMAR MARMOUSH – Tottenham huma kunfidenti li se jkunu jistgħu jikkonkludu ftehim biex jiffirmaw lill-attakkant Eġizzjan, Omar Marmoush, 27 sena, mingħand Manchester City sal-bidu din il-ġimgħa d-dieħla.
OLLIE WATKINS – L-attakkant internazzjonali Ingliż, Ollie Watkins, qal lil Aston Villa li jrid iħalli l-club fost interess ġej mill-club tal-Pro League Sawdi, Al-Hilal.
ALEJANDRO BALDE – Id-difensur xellugi Spanjol, Alejandro Balde, 22 sena, iddeċieda li jitlaq lil Barcelona, b’Manchester United jagħmlu kuntatt dwar trasferiment possibbli. Alternattivament, Balde huwa determinat li jiġġieled għal postu mat-team taċ-champions Spanjoli.
ENDRICK u GONZALO GARCIA – Real Madrid mhux se jħallu lil Liverpool jiffirmaw lill-attakkant Brażiljan, Endrick, 20 sena, wara li diġà biegħu lill-attakkant Spanjol, Gonzalo Garcia, 22 sena, lil Fulham aktar kmieni f’dan is-suq tat-trasferimenti.
JAMIE BYNOE-GITTENS – Chelsea ċaħdu offerta ta’ self mingħand Roma għall-attakkant Ingliż ta’ taħt il-21 sena, Jamie Bynoe-Gittens, 22 sena.
PAPE MATAR SARR – Tottenham għamlu lill-midfielder Pape Matar Sarr, 23 sena, disponibbli għat-trasferiment, bl-internazzjonali tas-Senegal lest li jingħaqad ma’ Galatasaray.
JOE WILLOCK – Besiktas ressqu offerta lil Newcastle biex jiffirmaw lil Joe Willock, 27 sena, wara li għamlu lill-midfielder Ingliż l-mira ewlenija tagħhom għal trasferiment.
BRADLEY BARCOLA – Liverpool ingħataw spinta fl-offerta tagħhom biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Franċiż ta’ Paris St-Germain, Bradley Barcola, 23 sena, u lill-attakkant Senegaliż, Ibrahim Mbaye, 18-il sena, wara li ż-żewġ players tħallew barra mill-iskwadra għal-logħba ta’ Ligue 1 tal-bieraħ kontra Rennes.
JAYDEN DANNS – Liverpool għadhom ma ddeċidewx jekk jibagħtux lill-attakkant Ingliż ta’ taħt il-21 sena, Jayden Danns, 20 sena, b’self wara li ġie f’siktu fiżikament.




