Monday, August 24, 2026
Home Internazzjonali Missier iħalli lil ibnu ta’ seba’ snin waħdu fuq il-Muntanja Fuji biex...

Missier iħalli lil ibnu ta’ seba’ snin waħdu fuq il-Muntanja Fuji biex ikompli bil-mixja tiegħu

0
56

Missier ġie mċanfar mill-pulizija talli ħalla lil ibnu fuq l-ogħla muntanja tal-Ġappun għal diversi sigħat fejn it-tifel kulma kellu miegħu kienu soft drink u snack biss.

It-tifel ta’ seba’ snin intlemaħ bilqiegħda fuq bank fuq il-Muntanja Fuji f’kundizzjonijiet ta’ ċpar u xita.

Missieru, ta’ 48 sena, allegatament qallu biex “jistenna hawn” wara li t-tifel ilmenta li kien għajjien – filwaqt li huwa kompla tielgħa flimkien ma’ ibnu l-kbir.

Xi ħaddiema fuq il-muntanja sabu lit-tifel qrib is-sitt stazzjon ta’ rotta għall-mixi lejn il-quċċata u għarrfu lill-pulizija. Missieru nstab bejn is-seba’ u t-tmien stazzjon tar-rotta – distanza li allegatament kienet tieħu madwar tliet sigħat mixi.

It-tifel instab waħdu fis-7.30 a.m. (ħin lokali) nhar il-Ħamis li għadda. L-uffiċjali ċanfru lil missieru meta dan irritorna lura u reġa’ ngħaqad ma’ ibnu, li jidher li kien “għajjien u nervuż” wara li qatta’ madwar tmien sigħat jistenna. 

“Anke jekk dan ifisser li jkollok tieqaf milli titla’ l-muntanja flimkien, li tħalli tifel waħdu warajk mhuwiex aċċettabbli,” qallu wieħed mill-uffiċjali, skont ma ġie rrapportat min Japan Today. Huwa allegatament skuża ruħu għad-deċiżjoni “impulsiva” tiegħu.

Il-familja kienet irrappurtata li kienet qed tuża r-rotta ta’ Fujinomiya, li tibda mill-ħames stazzjon tal-muntanja, post li jista’ jintlaħaq bit-trasport pubbliku. Minn hemm, wieħed jieħu madwar ħames sigħat biex jasal sal-quċċata u tliet sigħat oħra biex jinżel lura. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here