Saturday, December 21, 2024

29 lokalità għandhom il-community policing

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-lokalitajiet li fihom diġà joperaw il-Pulizija tal-Komunità huma 29. Dan huwa l-Belt Valletta, il-Floriana, ir-Rabat, l-Imtarfa, Ħad-Dingli, l-Imdina, Marsaxlokk, Birżebbuġa, is-Swieqi, Pembroke, il-Mellieħa, il-Fgura, Ħal Tarxien, Birgu, Bormla, Isla, Kalkara, il-Ħamrun, Santa Venera, il-Marsa, Għawdex, San Pawl il-Baħar, Ħ’Attard, Ħal Lija, Ħal Balzan, l-Iklin, Raħal Ġdid, Santa Luċija u San Ġiljan. Din is-sena se jkunu qed jiżdiedu numru ta’ lokalitajiet oħra. 

Stqarr dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri meta kien qed iwieġeb mistoqsija li saritlu mid-Deputata Nazzjonalista Graziella Galea. 

Il-Ministru Camilleri qal ukoll li ma jistax jingħad li hemm xi problemi speċifiċi f’xi waħda mil-lokalitajiet. “Ġaladarba l-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra f’kull lokalità jifhmu l-operat tal-kunċett, l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-uffiċjali kkoncernati waqt xogħolhom jigi mitigat bi sħab mal-komunità inġenerali, u jwassal li flimkien jindirizzaw il-problemi li jiġu dentifikati u riżolti.”

Ekonomija

Sport