Tuesday, May 14, 2024

Erba’ persuni tressqu ‘l Qorti fuq inċitament biex persuna twettaq suwiċidju

Aqra wkoll

Fil-Parlament tqajjem il-każ li seħħ f’Novembru li għadda ta’ persuna li deher li kien se jwettaq suwiċidju fil-Belt Valletta u xi nies li nġabru fuq il-post allegament bdew iħeġġuh biex jaqbeż.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri kkonferma li hemm erba’ persuni li tressqu l-Qorti b’rabta mal-każ ta’ inċitament biex persuna twettaq suwiċidju.

Il-każ imur lura għad-19 ta’ Novembru meta raġel barrani, li kien jinsab fi kriżi serja, tela fuq is-sur tal-Belt.

Dr Mark Xuereb kien qalilna li kien hemm bżonn siegħa ta’ negozjati biex ġiet salvata l-ħajja ta’ din il-persuna minn suwiċidju.

Sfortunatament meta seħħ il-każ kienu spikkaw numru ta’ kummenti xokkanti li ġabu l-istmerrija minn bosta nies u li allegatament kienu ntqalu minn dawk il-presuni li nġabru jsegwu u saħansitra bdew iħeġġu lir-raġel biex iwettaq suwiċidju.

F’filmat li kien inġibed minn fuq il-post, fost l-oħrajn, kienet instemgħet mara tgħid “għaġġel u għamlu biex inkunu nistgħu mmorru lura x-xogħol”

Meta kien kliem Dr Xuereb dwar dan il-każ huwa qal li dawk il-kummenti dispreġġjativi seta’ ħall x-xogħol li jwettqu b’tant dedikazzjoni numru ta’ organizzazzjonijiet u NGOs li ħadmu kemm setgħu għall-għarfien fuq is-saħħa mentali.

Il-Kamra tal-Psikologi kienet qalet li l-istigma dwar is-saħħa mentali tinsab kullimkien u minħabba fiha, ħafna persuni jevitaw milli jfittxu l-għajnuna neċessarja għalihom. Kienet żiedet tgħid li ll-aġir ta’ dawn il-persuni juri li għad hemm min m’għandux empatija ma’ persuni li jgħaddu minn dawn il-problemi.

Sport