Sunday, August 2, 2026
Home Aktar 35 persuna mmultati €100 kull wieħed

35 persuna mmultati €100 kull wieħed

0
806

Matul dawn l-aħħar sigħat 35 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija qed tagħmel biex tassigura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn tliet persuni f’postijiet pubbliċi.

Intant, għar-raba’ jum wara l-ieħor, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fil-502 spezzjonijiet li saru fl-aħħar 24 siegħa.