Friday, May 3, 2024

[ARA] “Ibqgħu pożittivi”; Mart il-Prim Ministru b’messaġġ ta’ tama u solidarjetà

Aqra wkoll

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, mart il-Prim Ministru illum esprimiet is-solidarjetà tagħha ma’ kull min ġie ordnat jibqa’ f’daru kaġun tal-pandemija tal-Covid-19.

Lydia Abela ħeġġet lill-ġenituri biex jagħmlu l-aħjar użu tal-ħin tagħhom ma’ wliedhom. Hija ħeġġet lit-tfal biex iċemplu lin-nanniet tagħhom u anke jqattgħu l-ħin jistudjaw mid-dar.

Żiedet tgħid li dawn huma żminijiet diffiċli li ddefinew il-valuri tal-poplu Malti ta’ solidarjetà. imħabba u l-familja.

Fil-messaġġ tagħha hija rringrazzjat ukoll lil dawk li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-coronavirus.

Sport