Saturday, May 18, 2024

36 persuna jinstabu jgħixu illegalment f’Għawdex

Aqra wkoll

Dalgħodu, il-Pulizija assistiti minn uffiċjali tas-Servizzi ta’ Detenzjoni, komplew għaddejja bl-ispezzjonijiet b’rabta ma’ immigrazzjoni irregolari.

L-ispezzjonijiet saru f’postijiet varji f’Għawdex, fejn instabu 36 persuna jgħixu b’mod irregolari.

Dawn il-persuni – mill-Ghana, min-Niġerja, mis-Somalja, mis-Sirja u l-Liberja – ittieħdu f’Ċentru ta’ Detenzjoni fejn inbeda l-proċess sabiex ma jibqgħux fil-pajjiż.

Dawn l-ispezzjonijiet se jibqgħu jsiru b’mod kostanti.

Sport