Thursday, April 25, 2024

57 ferħ ta’ fekruna jfaqqsu fir-Ramla l-Ħamra

Aqra wkoll

Sebgħa u ħamsin (57) ferħ ta’ fekruna faqqsu minn bejta li preċedentement ma kinitx magħrufa fil-Bajja tal-Ramla l-Ħamra f’Għawdex. Dan kien ikkonfermat minn Nature Trust f’kumment ippubblikat fuq il-midja soċjali.

Nature Trust qalet li l-bejta tħaffret nhar l-Erbgħa li għadda fil-preżenz ta’ uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u veterinarju tal-Gvern biex jiġi analizzat r-rata tal-bajd li faqqsu.

Il-bejta kienet meqjusa li kellha rata ta’ suċċess baxxa ta’ 57%, b’57 bajda jfaqqsu filwaqt li kien hemm 44 bajda oħra li ma faqqsux.

Sport