Wednesday, March 27, 2024

Il-provi fuq il-vaċċin tal-Università ta’ Oxford jitkomplew

Aqra wkoll

Il-provi tal-vaċċin tal-Covid-19 li qed ikun żviluppat minn AstraZeneca u l-Università ta’ Oxford se jitkomplew wara li twaqqaf għal ftit jiem minħabba rapporti ta’ side effects f’wieħed mill-pazjenti fir-Renju Unit.

Nhar it-Tlieta li għadda AstraZeneca qalet li l-istudji twaqqfu temporanjament sakemm tinvestiga jekk is-side effects serji reistrati fil-pazjent kinux assoċjati mal-vaċċin. Madankollu lbieraħ l-Università qalet li l-vaċċin qed jitqies bħala sigur.

Is-Segretarju Brittaniku għas-Saħħa, Matt Hancock, laqa’ b’sodisfazzjon din l-aħbar. “Il-waqfien temporanju juri li aħna dejjem inpoġġu s-sigurtà fuq quddiem. Se nappoġġjaw lix-xjentisti tagħna biex jipproduċu vaċċin effettiv malajr kemm jista’ jkun f’ambitù sigur,” tenna Hancock.

L-università qalet li kien mistenni li wħud mill-parteċipanti fil-provi tal-vaċċin jirreġistraw side effects.

Tenniet li l-istudji issa jistgħu jitkomplew wara r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-kumitat ta’ reviżjoni għas-sigurtà tal-vaċċin u r-regolatur mediku Brittaniku, l-Aġenzija Regolatorja għall-Mediċini u l-Prodotti ta’ Saħħa.

Ekonomija

Sport