Wednesday, April 24, 2024

57 każ ġdid… Mill-każi tal-bieraħ reġistrati 7 każi f’San Vinċenz de Paule u 7 każi ta’ edukaturi

Aqra wkoll

Minn 2,176 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa rriżultaw 57 każ ġdid ta’ persuni infettati bil-Covid-19. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa, li qal li matul l-istess ħin kien hemm 12-il persuna li rkuprat mill-virus.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jitla’ għal 518.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ kien hemm sitt każi ta’ tixrid tal-virus forst qraba, ħames każi li ġew f’kuntatt ma’ każi diġà pożittivi, żewġ każi ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, każ minnhom kien importat, każ mill-cluster ta’ Paceville, seba’ każi minn San Vinċenz de Paule, seba’ każi ta’ edukaturi u każ ta’ student.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/209149990803552

Sport