Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament qal li hemm 5,832 anzjani li bħalissa qegħdin jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare.
Meta kien qed iwieġeb mistoqsija tad-Deputata Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru Abela qal li hemm 258 applikazzjoni ġdida li qed jiġu proċessati biex jingħataw is-servizz.
Il-Ministru Abela ħabbar ukoll li bejn is-7 u s-16 ta’ Frar 2025 l-AAKK rċeviet 197 applikazzjoni u mis-17 sat-18 ta’ Frar (fi żmien jumejn) l-AAKK rċeviet 61 applikazzjoni. Dawn iridu jiġu proċessati u verifikati qabel ma jingħataw is-servizz.