Saturday, October 26, 2024

65 każ ġdid ta’ COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa… Ifiqu 21

Aqra wkoll

Fl-aħħar 24 siegħa minn 2,922 swab tests, kienu rreġistrati 65 każ ġdid ta’ COVID-19. Matul l-aħħar 24 siegħa wkoll kienu ċċertifikati mfejqa 21 persuna.

Mill-każi tal-bieraħ, 10 każi kienu membri tal-familja ta’ każi li diġà kienu magħrufa, 3 kienu f’kuntatt dirett ma’ każi attivi u li wkoll kienu diġà magħrufa, 3 kienu mill-cluster minn dar tal-anzjani San Ġużepp, każ wieħed minn Casa Antonia, wkoll dar tal-anzjani, każ wieħed li kellu kuntatt ma’ kollega fuq il-post tax-xogħol u każ ieħor minn attività soċjali.

Il-każi tal-lum għadhom qed ikunu investigati.

Sport