Tuesday, April 23, 2024

Żewġ anzjani huma l-aħħar żewġ vittmi tal-COVID-19… It-total ta’ mwiet jitla’ għal 18

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li żewġ anzjani ta’ 72 u 86 sena  rispettivament mietu waqt li kienu għadhom każijiet attivi bil-Covid-19. 

L-ewwel każ huwa ta’ mara ta’ 72 sena, li ddaħħlet l-isptar Mater Dei fil-11 ta’ Awwissu u ttestjat  pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta’ Awwissu. Hija ġiet trasferita fit-taqsima tal-Kura Intensiva fil-15  ta’ Awwissu, fejn kienet baqgħet rikoverata. L-anzjana mietet matul dan il-lejl. 

Anzjana oħra ta’ 86 sena wkoll mietet dal-lejl fit-taqsima tal-Kura Intensiva f’Mater Dei. Fit-tieni  każ, l-anzjana ittestjat pożittiva fit-8 ta’ Settembru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-Taqsima tal-Kura  Intensiva fis-16 ta’ Settembru. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani, jappella biex il-poplu  jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza  soċjali u l-użu tal-maskra.

Sport