Tuesday, October 27, 2026
Home Internazzjonali 68 sena ilu kien elett il-Papa Ġwanni XXIII

68 sena ilu kien elett il-Papa Ġwanni XXIII

0
70

Kien bħal għada 28 ta’ Ottubru tal-1958 meta l-Kardinal Angelo Giuseppe Roncalli kien ġie elett Papa fejn ħa l-isem ta’ Ġwanni XXIII. Illum dan il-Papa hu ddikjarat Qaddis.

Kien ha dan l-isem minħabba li kien l-isem ta’ missieru.

Kellu seba’ u sebgħin sena u kien hemm wħud li ħasbu li kien ser ikun Papa ta’ transizzjoni imma spi11a kien Papa ta’ Knisja fi transizzjoni.

Kellu jkun il-Papa li biddel lil-Knisja Universali mil-għeruq tagħha u baqa’ magħruf bħala l-“Papa Buono”, l-Papa t-twajjeb!

Kien il-Papa tal-Konċilju Vatikan II, tal-enciklika “Pacem in Terris” u li rebaħ is-simpatija tad-dinja fi ftit żmien.

Miet fit-3 ta’ Gunju 1963. Beatifikat minn Papa Ġwanni Pawlu II waqt li l-Knisja kienet qed tiċċelebra l-Ġublew il-Kbir fl-2000 u kien il-Papa Frangisku li kkanonizzah nhar is-27 t’April 2014.

Roncalli kien l-ewwel Papa li kiser ċertu drawwiet Vatikani fosthom li kien joħroġ sikwit ‘il barra mil-ħitan tal-Vatikan. Fl-ewwel Milied tiegħu bħala Papa hu kien żar it-tfal morda fl-isptar tal-Knisja Bambino Gesu kif ukoll l-għada kien żar lil-ħabsin li kienu qed jiskontaw sentenzi karcerarji fil-ħabs Ruman ta’ Regina Coeli.

Wieħed mil-aktar diskorsi li baqa’ magħruf għalih kien dak “tad-diskors tal-Qamar” li kien għamlu mit-tieqa tal-appartament tiegħu fil-Palazz Appostoliku fil-lejl meta kien iddikjara l-ftuh tal-Konċilju Vatikan II.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here