Friday, May 3, 2024

73 persuna jibdew karriera mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi

Aqra wkoll

Proċess ta’ reklutaġġ u ġimgħat ta’ taħriġ estensiv waslu biex ilbieraħ 73 persuna oħra bdew karriera  mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. B’hekk kompla jissaħħaħ ir-riżors uman ta’ din l-aġenzija li  tmexxi l-Faċilità Korettiva ta’ Kordin. Fost dawn il-ħaddiema l-ġodda hemm ukoll 14-il mara. 

Il-ħtieġa tad-dixxiplina u r-riforma bħala żewġ għanijiet importanti ndaqs kienu fiċ-ċentru tal messaġġi li ngħataw lill-uffiċjali korettivi l-ġodda f’ċerimonja tal-okkażjoni fejn setgħu jidhru kburin  lebsin l-uniformi tas-servizz. 

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li dik tagħhom  “hija sejħa għal min irid jikkontribwixxi b’mod differenti għal pajjiżu biex jaħdem ħalli s-soċjetà  tkun waħda aħjar.” Il-Ministru Camilleri żied, “Tidħlux bil-mentalità li intom dħaltu f’dan l-irwol u  x-xogħol tagħkom huwa biss li żżommu l-ordni fil-ħabs. Huwa tajjeb, perà l-kisbiet il-kbar jaslu meta  tedukaw, meta tikkomunikaw. Jaslu meta priġunier iħalli dan il-post u jkun persuna aħjar.” 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Alex Dalli wkoll tkellem dwar kif is-soċjetà tistenna dixxiplina u  riforma. “Ix-xogħol tagħkom fih l-onestà u l-kuraġġ,” qal il-Kap Eżekuttiv Dalli.

Sport