Saturday, May 4, 2024

76 każ ġdid minn fost aktar minn 4,000 ttestjati

Aqra wkoll

Minn total ta’ 4,043 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 76 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 49 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi telgħu għal 683.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 31 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ persuni li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet baqa’ 441 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa  ma ġiet reġistrata l-ebda met relatata.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sat-Tlieta ngħataw total ta’ 797,017 doża. Minn dawn 413,985 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 412,767 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport