Saturday, December 21, 2024

78 każ ġdid; 24 minnhom mid-dar tal-anzjani Dar San Ġużepp fil-Fgura

Aqra wkoll

Mill-każi reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 78 każ ġdid ta’ Covid-19. Dawn irriżultaw minn 2,407 swab test. Intant fl-istess waqt kien hemm 22 persuna li kienu rapportati bħala li rkupraw. Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi jitla’ għal 465.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li mit-78 każ tal-lum kien hemm 24 riżultanti minn Dar San Ġużepp fil-Fgura. Il-bqija tal-każi għadhom qed jiġu investigati.

Mill-każi tal-bieraħ, kien hemm ħames każi li huma qraba ta’ persuni infettati bil-virus, żewġ każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol, każ ta’ persuna li ġiet f’kuntatt dirett ma’ persuna oħra pożittiva għall-Covid-19, każ ieħor jirriżulta minn attività soċjali, u tmien każi oħrajn minn Dar San Ġużepp fil-Fgura.

Ekonomija

Sport