Wednesday, March 27, 2024

B’erba’ xhur tqala tgħaddi kważi 40 jum bejn sema u ilma

Aqra wkoll

Mara b’erba’ xhur tqala flimkien ma’ żewġha, l-aħħar xahar u ftit kienu jiem diffiċli. Fi kliem tobba li rawhom, trawmatiċi għal aħħar. Il-mara u żewġha kienu ġew salvati fil-5 ta’ Awwisssu li għadda minn fuq dinghi fi triqtu mil-Libja lejn l-Ewropa. Kienu ġew salvati mit-tanker ta’ Maersk Etienne.  Il-mara tqila, spiċċat għamlet kważi 40 jum bejn sema u ilma bit-taqtiegħ il-qalb  li ma tafx x’se jiġri minnha u minn żewġha.

Fl-aħħar sigħat, minħabba bżonnijiet li kellha din il-mara, hi flimkien ma’ żewġha ġew evakwati lejn sptar fl-Italja.

Intant il-bastiment Mare Jonio, ħareġ mill-ibħra territorjali Maltin u lbieraħ tħalla jdaħħal l-immigranti fil-port ta’ Pozzallo.

Ekonomija

Sport