Sunday, December 22, 2024

90 sena ħabs għal żagħżugħ li qatel 23 persuna f’attakk f’Texas

Jista’ jaffaċċja iktar pieni, inkluż il-piena tal-mewt

Aqra wkoll

Raġel armat li qatel 23 persuna f’attakk razzist fuq dawk li kienuqegħdin jixtru f’Walmart f’belt tal-fruntieri ta’ Texas ġie kkundannat 90 sena priġunerija. Fis-sentneza mogħtija lilu nhar il-Ġimgħa, ingħad li ż-żagħżugħ jista’ jiffaċċja aktar piena, inkluża l-piena tal-mewt.

Patrick Crusius ta’ 24 sena wieġeb li hu ħati għal l-akkużi kollha miġjuba kontrih. B’kollox kellu 50 akkuża federali ta’ reati ta’ mibgħeda fl-isparatura tal-massa li tmur lura għal l-2019. Minħabba din ir-raġuni, dan l-attakk jista jitqies bħala wieħed mill-iktar reat ta’ mibgħeda li qatt sar fl-Amerika.

Fis-smigħ tal-Qorti, kelliem għal Pulizija qal li Crusius dakinhar li seħħ l-inċident, saq aktar min 700 mil mid-dar tiegħu qrib Dallas Texas. Huwa qal ukol li mumenti qabel ma beda l-attakk, iż-żagħżugħ wassal messaġġ fuq il-midja soċjali fejn wissa li f’Texas se jkun hemm sitwazzjoni ta’ invażjoni.

Is-sentenza mill-Imħallef tad-distrett Amerikan David Guaderrama f’El Paso segwiet jumejn ta’ dikjarazzjonijiet tal-impatt minn qraba tal-vittmi, inklużi ċittadini tal-Messiku. Minbarra dawk li tilfu ħajjithom kawża tal-attakk, indarbu iktar minn għoxrin persuna.

Fil-Qorti intqal ukoll li Patrick Crusius wieġeb ħati fi Frar li għadda wara li prosekuturi federali neħħew il-piena tal-mewt. Minkejja dan, huma żiedu jgħidu li l-piena tal-mewt għal Crusius se tiġi deċiża ġaladarba il-ġuri jgħaddi fil-Qorti tal-Istat, liema sa issa għadha ma tħabbritx.

Ekonomija

Sport