Saturday, April 27, 2024

Jibda jinstema’ l-ġuri ta’ raġel akkużat li qatel lis-sieħba tiegħu f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Beda jinstema l-ġuri tar-raġel akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu, Maria Lourdes Agius lura għal l-2018.

Michael Emmanuel, raġel ta’ 33 sena mill-Ivorja, jinsab akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu li magħha kellu sebat itfal, li nstabet mejta fid-dar tagħha ta’ Raħal Ġdid, mimduda fis-sodda bi tbenġil kbir madwar għonqha.

Il-katavru tagħha nstab mill-Pulizija fil-kamra tas-sodda tagħha wara li fil-15 ta’ Settembru 2018 is-sieħeb tagħha ġie fl-għassa lokali u qal li l-mara ma setgħetx tqum mir-raqda tagħha. Aktar tard xehdu l-investigaturi tal-Pulizija li taħt interrogazzjoni, sieħeb tal-vittma qal li fil-lejl tal-qtil, kien qallu li ma kienx missier it-tifel iż-żgħir tagħha.

Omm il-vittma, li kienet tgħix mal-koppja, aktar tard iddeskriviet relazzjoni li qed tmur għal l-agħar u li fir-relazzjoni tagħhom kellhom diversi episodji vjolenti bejn bintha, jiġifieri il-vittma Maria Lourdes Agius u l-akkużat. Sussegwentement Emmanuel ġie akkużat b’omiċidju volontarju.

F’Lulju 2019, l-avukati tiegħu argumentaw fil-Qorti li l-akkużat kellu problemi psikoloġiċi. Psikjatra li eżamina lill-akkużat kien xehed li Emmanuel kellu xi delużjonijiet u li kien iffissa bl-ikrah fuq is-sieħba tiegħu. Huwa deher li qed isofri minn psikożi akuta temm jgħid il-psikjatra.

Fis-seduta tal-lum immexxija mill-Imħallef Aaron Bugeja, mistennija jibdew jixhdu xi xhieda.

Sport