Wednesday, April 24, 2024

“Jiddispjaċini li se niddiżappunta lis-segwaċi tiegħi li kienu ħerqana biex jarawni fil-festival ta’ Bejrut”

It-Tenur Malti Joseph Calleja

Aqra wkoll

It-Tenur Malti Joseph Calleja kellu jieħu deċiżjoni kemxejn iebsa, hekk kif kellu jabbanduna l-opportunità li jieħu sehem f’festival li kien parti mill-produzzjoni tiegħu f’Bejrut minħabba kundizzjoni medika.

“Sforz infezzjoni fi griżmejja li qed tibqa’ tippersisti, it-tabib tiegħi qalli li jkun aħjar jekk inwarrab mill-produzzjoni ta’ Parsifal li kont parti mit-tim tal-produzzjoni tagħha f’Bejrut,” fisser Calleja f’kitba li qasam fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook.

Huwa kompla billi skuża ruħu mas-segwaċi tiegħu li kienu tant ħerqana biex jarawh jieħu sehem f’din l-opra li se ssir f’post storiku.

Fl-aħħar nett huwa awgura kull suċċess lill-kollegi tiegħu u lit-tim tal-produzzjoni.

Sport