Saturday, April 27, 2024

Ma jweġġa’ ħadd wara li vettura spiċċat il-baħar f’Buġibba

Aqra wkoll

L-ebda persuna ma ndarbet wara li vettura b’Y-plate baqgħet nieżla l-baħar f’Buġibba. Dan kien ikkonfermat minn kelliem għall-Pulizija, wara li fl-aħħar sigħat beda jiċċirkola ritratt ta’ din il-vettura mitluqa fl-ilma.

Apparentament il-karozza kienet ipparkjata, meta għal xi raġuni bdiet titħarrek waħidha u spiċċat fl-istat li dehret fir-ritratt.

L-istess kelliem qal ma’ dan is-sit li l-Pulizija tad-distrett jinsabu b’komunikat mal-persuna konċernata sabiex tmur għall-vettura.

Sport