Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 1,136 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 95 każ ġdid u kien hemm 39 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus.
L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 15-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tnejn minnhom tinsab fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
It-total ta’ mwiet baqa’ ta’ 468 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewta kawża tal-Covid-19.
Sal-bieraħ filgħaxija kienu ngħataw 952,809 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 117,263 kienu dożi tal-booster.