Sunday, December 22, 2024

Abbas jgħid li l-Istati Uniti hu l-unika pajjiż li jista’ jwaqqaf l-attakk fuq Rafah

Aqra wkoll

Il-President Palestinjan Mahmoud Abbas qal li l-Istati Uniti hu l-unika pajjiż li jista’ jwaqqaf l-attakk fuq Rafah li qed isir minn Iżrael, belt fin-Nofsinhar ta’ Gaza fejn hemm aktar minn miljun refuġjat.

Minkejja kull pressjoni fuq il-Gvern Iżraelit biex ma jibqa’ jattakka Rafah minħabba r-refuġjati, xorta waħda l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qal li pajjiżu se jibqa’ għaddej bil-pjani li għandu.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Joe Biden f’kummenti li ta lill-ġurnalisti nhar il-Ħadd li għadda qal li hu kien ċar ħafna mal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu.

Kemm-il darba l-Istati Uniti qalet li qatt ma tista’ tagħti appoġġ lill-operazzjoni militari fuq il-belt ta’ Rafah mingħajr ma tara pjan kredibbli biex persuni ċivili jkunu siguri.

Abbas waqt li kien qiegħed jitkellem fil-Forum Ekonomiku Dinji li sar fil-belt ta’ Riyadh qal li l-Awtorita Palestinjana mhux qiegħda preżenti f’Gaza minħabba li din hija mmexxija mill-Hamas. Iżda xorta waħda jħoss li għandu jitkellem favur il-Palestinjani li jgħixu f’din iż-żona.

“Nappella lill-Istati Uniti biex titlob lil Iżreal twaqqaf b’mod immedjat l-operazzjoni militari fuq il-belt ta’ Rafah. L-Istati Uniti biss tista’ tagħmel dan,” qal Abbas.

Ekonomija

Sport