Absolut qed tagħti ħajja ġdida lill-pittura tal-artist magħruf Amerikan, b’edizzjoni limitata tal-flixkun kreattiv tagħha, wara madwar 40 sena mill-ewwel kollaborazzjoni ma’ Warhol. Absolut qed tagħmel dan f’kollaborazzjoni ma’ The Andy Warhol Foundation for the Visual Arts imnebbħa mill-pittura l-‘blu’ ta’ Warhol.
Il-flixkun il-ġdid, li jiġbor fih il-qawwa tal-espressjoni u l-progress bl-arti, qed jitnieda daqs 40 sena wara l-ewwel kollaborazzjoni ta’ Absolut Vodka ma’ dan l-artist Amerikan.
Il-flixkun se jiġi rreklamat mad-dinja b’kampanja ta’ skala globali li tinkludi 3D OOH media, viżibbiltà b’saħħitha fi spazji prominenti fl-ajruporti, u reklami li jolqtu l-għajn fil-vetrini tal-ħwienet ta’ wħud mill-aktar ajruporti attivi fid-dinja; minn dak ta’ Heathrow f’Londra sal-Ajruport Internazzjonali ta’ Dubai, minn Sao Paulo sa Sydney, u minn Madrid sa Santo Domingo. L-edizzjoni limitata ta’ dan il-flixkun se toħroġ f’iżjed minn 50 suq globali minn Settembru.
Absolut minn dejjem emmnet li l-arti għandha l-ħila tgħaqqad lin-nies minkejja d-differenzi tagħhom. Dan it-twemmin imur lura għall-1985 meta Andy Warhol kien l-ewwel artist li beda joħloq xogħol artistiku bbażat fuq is-silwett tal-flixkun ta’ Absolut ispirat mill-apoteka. Ix-xogħol oriġinali ‘Absolut Warhol’ – il-flixkun ta’ Absolut impinġi bi lwien jgħajtu fuq sfond iswed – hu meqjus ikoniku. Għal deċennji sħaħ kien magħruf li teżisti pittura oħra ta’ Warhol, imma dan l-għajdut baqa’ mhux konfermat sakemm il-pittura l-‘blu’ ta’ Absolut ġiet skoperta mill-ġdid fi rkant fl-2020. Bħala prova nstab ukoll il-kuntratt oriġinali li juri li, fil-fatt, kienu ġew ikkummissjonati żewġ pitturi.
Bil-kollaborazzjoni ma’ The Andy Warhol Foundation, Absolut qed tiċċelebra r-riskoperta ta’ din it-tieni pittura ‘blu’ ta’ Warhol għal Absolut billi tagħti l-ħajja mill-ġdid lis-sħubija oriġinali li kienet saret, billi tenfasizza l-qawwa tal-kreattività bl-arti. Meta kienet qed titkellem fuq din il-kollaborazzjoni u t-tnedija tal-edizzjoni limitata, Deb Dasgupta, il-VP Globali tar-Reklamar ta’ Absolut Vodka, qalet li: “Aħna kuntenti ħafna li qed nissieħbu ma’ The Andy Warhol Foundation biex nintroduċu mill-ġdid dan ix-xogħol artistiku ta’ Warhol lill-pubbliku. Biex inkomplu nħaddnu l-valuri tal-inklużività u nippromwovu kultura miftuħa ta’ espressjoni kreattiva, qed naraw li ngħaqqdu ilħna diversi u nqanqlu djalogi sinifikanti biex nispiraw bidla pożittiva permezz tal-poter transformattiv tal-arti. B’dan il-flixkun ta’ edizzjoni limitata, ħerqanin li noffru lill-klijenti tagħna madwar id-dinja l-opportunità li jsiru parti mil-legat ta’ Absolut Warhol billi huma stess ikollhom biċċa xogħol artistika.”
Michael Dayton Hermann, id-Direttur tal-Liċenzjar, ir-Reklamar u l-Bejgħ ta’ The Andy Warhol Foundation qal li: “Il-kollaborazzjoni ma’ Absolut Vodka tiċċelebra l-legat dejjiemi ta’ Warhol u l-influwenza kulturali permezz tat-twemmin tiegħu li l-arti għandha s-saħħa li tipprovoka l-ħsieb u tispira l-bidla. Sodisfatti ħafna li qed nagħtu l-ħajja lil din il-kampanja dinamika li qed tistieden ġenerazzjonijiet ġodda biex jinvolvu ruħhom f’dan il-legat b’mod frisk u dinamiku. Il-qligħ minn din il-kollaborazzjoni b’saħħitha se ngħadduh mill-qalb b’risq ix-xogħol filantropiku ta’ The Andy Warhol Foundation biex tkompli tilħaq il-missjoni tagħha li tmexxi ’l quddiem l-arti viżiva u l-proġetti li jisfidaw l-istatus quo.”
Dwar il-flixkun
Din l-edizzjoni limitata tal-flixkun għandha dehra artistika viżiva kumplessa minħabba l-kompożizzjoni tad-disinn tagħha tat-tip multi layered. Il-flixkun jinkludi disinn b’karatteristiċi interni u esterni li jkomplu jagħtu l-ħajja lil din l-iskoperta mill-ġdid tal-pittura l-‘blu’ ta’ Warhol tal-1985. Kull sfumatura ta’ blu ttieħdet minnha b’attenzjoni ħalli l-prodott ta’ Absolut Vodka jqarreb kemm jista’ lejn il-pittura oriġinali. Id-dettall finali jinkludi immaġni ta’ Warhol innifsu u l-firma oriġinali tiegħu.
Absolut Vodka hi impurtata, irreklamata u mqassma f’Malta minn FBIC Ltd. L-edizzjoni limitata ta’ Absolut Warhol tinsab f’għażla ta’ ħwienet f’Malta u mis-sit www.farsonsdirect.com.