Thursday, December 26, 2024

Adele tipposponi l-kunċerti kollha tagħha ta’ Marzu minħabba raġunijiet ta’ saħħa

Aqra wkoll

Il-kantanta Ingliża Adele pposponiet il-kunċerti kollha tagħha tax-xahar id-dieħel li għandha f’Las Vegas minħabba raġunijiet ta’ saħħa.

Fuq il-midja soċjali, hija qalet li t-tobba qalulha biex tistrieħ, għalkemm ma tatx aktar dettalji dwar il-kundizzjoni tagħha. Adele spjegat li hija ma kellhiex iċ-ċans li tikseb saħħitha lura b’mod sħiħ u kompliet bil-kunċerti fid-19 ta’ Jannar. Minn dakinhar hija għamlet 12-il kunċert.

Bħala parti mill-kuntratt ta’ residenza tagħha – li huwa skeda li jibqa’ għaddej sa Ġunju – hija kellha tagħti kunċert kull nhar ta’ Ġimgħa u Sibt.

Id-dati ġodda għall-10 kunċerti li ġew posposti mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin, iżda ntqal li dawk li għandom il-biljetti se jiġu infurmati “mill-aktar fis possibbli”.

Ekonomija

Sport