Monday, May 13, 2024

Il-Kardjologu Robert Xuereb maħtur bħala Kap Eżekuttiv tal-FMS

Aqra wkoll

Il-Kardjologu Robert Xuereb ġie maħtur bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS).

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela awgura lil Dr Robert Xuereb għall-irwol il-ġdid tiegħu fiż-żmien li ġej.

Dr Xuereb hu pijunier fil-kardjoloġija f’Malta. Fil-passat serva bħala president tas-Soċjetà Maltija tal-Kardjoloġija u fis-snin disgħin kien ewlieni fit-twaqqif tal-ewwel servizzi tal-kardjoloġija ta’ intervenzjoni f’Malta.

Grazzi għall-ħidma tiegħu f’dan is-settur, pajjiżna issa hu rikonoxxut bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-kura tal-qalb. Fl-2023 hu ngħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President ta’ Malta George Vella.

Sport