Wednesday, July 24, 2024

Adrien Rabiot mistenni jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Aqra wkoll

Bosta rapporti qed isostnu li l-midfielder internazzjonali Franċiż, Adrien Rabiot, jinsab lest li jestendi l-kuntratt tiegħu ma’ Juventus.

Il-kuntratt tal-player ta’ 28 sena kien skada f’Ġunju li għadda iżda aċċetta li jġeddu għal sena oħra. Għaldaqstant, f’Ġunju li ġej ikun player liberu u jkun jista’ jinnegozja l-kuntratt fuq tremini tiegħu stess. 

Is-salarju ta’ Rabiot huwa dak ta’ €7 miljuni is-sena u minkejja l-interess ta’ clubs Ingliżi, huwa jinsab f’taħdidiet biex iġedded dan il-kuntratt bl-istess paga wara li fil-bidu ta’ dan l-istaġun ġie mtejjeb il-pakkett finanzjarju. 

Ekonomija

Sport