Tuesday, October 20, 2026
Home Sport AFCON: Id-deċiżjoni tal-appell tas-Senegal għall-aħħar ta’ Novembru

AFCON: Id-deċiżjoni tal-appell tas-Senegal għall-aħħar ta’ Novembru

0
38

Il-CAS mistennija tagħti d-deċiżjoni tagħha sal-aħħar ta’ Novembru dwar l-appell tas-Senegal kontra d-deċiżjoni tal-CAF li tneħħilu t-titlu tal-AFCON u tagħtih lill-Marokk. 

Is-Senegal kienu rebħu l-finali 1-0 wara l-ħin barrani, iżda l-CAF qalbet ir-riżultat għal rebħa ta’ 3-0 għall-Marokk wara li l-players Senegaliżi telqu mill-ground bi protesta kontra penalty.

Il-qorti qalet li l-bord tal-arbitri tagħha għadu għaddej bid-deliberazzjonijiet u ddeċieda li joħroġ deċiżjoni komprensiva, inklużi r-raġunijiet legali li jwasslu għaliha. 

Is-Senegal appellaw kontra din id-deċiżjoni, u l-CAS issa qed tħejji deċiżjoni dettaljata li se tiddetermina min se jżomm it-titlu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here