Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Mohamed Salah ikompli jiskorja fil-kampjonat Tork

Mohamed Salah ikompli jiskorja fil-kampjonat Tork

0
38

L-attakkant internazzjonali Eġizzjan, Mohamed Salah, kompla jiskorja għal Trabzonspor fil-kampjonat Tork meta niżżel ismu fost l-iskorers fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Besiktas. 

Ozan Tufan fetaħ l-iskor fil-21 minuta, qabel ma Salah irdoppja l-vantaġġ fit-71 minuta wara azzjoni veloċi ta’ kontrattakk. 

Dan il-goal  kien it-tmien wieħed ta’ Salah f’dan l-istaġun tal-kampjonat biex qiegħed jillidja l-klassifika tal-aqwa skorers.

Din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva ta’ Trabzonspor fil-kompetizzjonijiet kollha taħt il-coach, Thomas Reis, liema riżultat li tellagħhom fir-raba’ post tal-klassifika b’16-il punt. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here