Sunday, December 22, 2024

Aġenzija Spanjola ta’ Kontra d-Doping akkużata li ma ħaditx passi kontra diversi atleti

Aqra wkoll

L-Aġenzija Dinjija ta’ Kontra d-Doping (WADA) tinsab taħt skrutinju, wara li rriżulta li l-Aġenzija Spanjola ta’ Kontra d-Doping (CELAD) ma ħaditx passi dixxiplinarji f’diversi okkażjonijiet bejn l-2017 u l-2022.

Matul dak il-perjodu, is-CELAD użaw diversi metodi biex jevitaw proċeduri dixxiplinarji għall-atleti Spanjoli wara li rriżultaw pożittivi għal sustanzi pprojbiti. 

Wieħed minn dawn il-metodi kien li jintbagħtu d-dokumenti biex tinfetaħ l-investigazzjoni bil-posta aktar milli bl-email. 

L-atleti mbagħad setgħu jiftħu kawżi fit-Tribunal għall- Isport jekk ma rċevewx in-notifika fil-ħin – sena hija l-ammont massimu ta’ żmien li jitħalla jgħaddi – u jarkivjaw il-każijiet jekk dan ikun seħħ.

F’okkażjonijiet oħra, it-testijiet ħarġu pożittivi, iżda ma nfetħet l-ebda investigazzjoni. 

Patrick Chinedu Ike irriżulta pożittiv għal tliet sustanzi pprojbiti, u dawk it-testijiet dehru fuq is-sistema online tal-WADA, iżda ma nfetħet l-ebda investigazzjoni, u Ike tħalla jkompli jikkompeti mingħajr ebda kastig.

Sadanittant il-maratonsita, Majida Maayouf, kienet retroattivament permessa tuża sustanzi pprojbiti għal raġunijiet terapewtiċi. Dan ingħata b’mod indefinit, u mbagħad tneħħiet 18-il xahar wara, iżda l-Kap tal-Kontroll ta’ Kontra d-Doping, Jesus Munoz-Guerra, seta’ jevita li jqajjem investigazzjoni u jissanzjona lil Maayouf fil-proċess.

L-istess aġenzija u CELAD xjentifikament nefqu wkoll ħafna flus fuq testijiet li ma ssodisfawx l-istandards (intbagħat kampjun wieħed biss, aktar milli t-tnejn meħtieġa), u għalhekk kienu annullabbli. Il-WADA kienet konxja ta’ din is-sorveljanza u d-difetti fil-proċess, iżda ma aġixxietx.

Fir-rapport huwa nnutat li l-ebda atleti Spanjoli ma ġew sanzjonati matul dak il-perjodu ta’ ħames snin, filwaqt li l-eks player ta’ Sevilla, Papu Gomez, qed jiffaċċja sanzjonijiet talli għamel użu minn sustanza projbita. Dan qiegħed taħt appell, u Gomez isostni li kien aċċidentali. Munoz-Guerra bħalissa jinsab fi proċeduri legali għall-falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi, li jistgħu jarawh jintbagħat il-ħabs għal tmien jew disa’ snin. 

Minkejja dan, il-WADA ma lanqas aġixxiet  kontra l-kap tas-CELAD, iżda Munoz-Guerra rebaħ ukoll premju għall-ħidma tiegħu, u se jkun parti mill-Kumitat Oli­mpiku, li jorganizza l-proċess tagħhom kontra d-doping fl-Olim­pjadi tal-2024 li se jsiru f’Pariġi. 

Ekonomija

Sport