Wednesday, July 24, 2024

Cristiano Ronaldo … l-aqwa skorer tal-2023

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo gawda minn sena kalendarja tassew notevoli, wara li skorja aktar goals minn players bħal Kylian Mbappe, Erling Haaland u Harry Kane.

L-istilla Portugiża ngħaqad ma’ Al-Nassr f’Jannar u minn dakinhar qatt ma ħares lura. Kemm għall-club kif ukoll għall-pajjiż, Ronaldo kien magna tal-goals matul l-2023.

Filwaqt li jista’ ma jibqax jilgħab f’wie­ħed mill-kampjonati elite tal-Ewropa, in- numri li qed ikompli jtella’ fl-Arabja Saw­dija huma assolutament tal-ġenn.

Ronaldo skorja t-53 goal tas-sena fir-reb­ħa ta’ 5-2 ta’ Al-Nassr fuq ir-rivali Al-Ittihad. 

B’mod tal-għaġeb, din is-sena issa kienet l-aktar prolifika ta’ Ronaldo mill-2017 meta skorja xejn inqas minn 53 goals.

Flimkien man-numri tiegħu ma’ Al-Nassr, Ronaldo kien ukoll f’forma tajba għall-Portugall. Il-player ta’ 38 sena irnex­xielu jiskorja 10 goals fix-xena internaz­zjonali din is-sena.

Mhuwiex sigriet li Ronaldo huwa tiratur qawwi mill-penalty spot u kien kliniku bħal qatt qabel din is-sena billi skorja l-15-il goal mill-11-il metru. 

Ir-rekord tiegħu tal-free-kicks  lanqas ma ġie megħlub peress li rnexxielu jiskorja   tlieta minnhom din is-sena wkoll.

Għall-club u għal pajjiżu, il-medja ta’ goals kienet dik ta’ wieħed kull 74.9 minuta. 

Filwaqt li l-attakkant Portugiż mhux magħruf l-aktar għall-ħiliet kreattivi tiegħu, huwa pprovda ħafna assists din is-sena wkoll. B’kollox, Ronaldo pproduċa 15-il assist li huwa l-aqwa ritorn kreattiv tiegħu mill-2016.

Grazzi għall-forma prolifika tiegħu ta’ dan l-aħħar, Ronaldo tella’ l-ammont totali tal-karriera tiegħu għal 872 goal. 

Jekk jirnexxielu jżomm din it-tip ta’ konsistenza għas-snin li ġejjin u sakemm jibqa’ jilgħab minħabba li issa għandu 38 sena, hemm antipazzjoni li jista’ jilħaq it-total ta’ 1,000 goal. 

Barra minn hekk, huwa qed jimmira li jkompli jirbaħ aktar unuri … bl-ewwel wieħed ma’ Al Nassr ikun it-Tazza taċ-Champions tal-Clubs Għarab.

Issa, l-objettiv tiegħu huwa li jirbaħ is-Sawdi Pro League għalkemm wieħed irid jistqarr li t-team tiegħu jinsab seba’ punti taħt il-leaders Al-Hilal meta kull team irid jilgħab 34 partita. 

Aktar minn hekk, fis-sajf li ġej tintlagħab il-fażi finali tal-Euro 2024 li se ssir fil-Ġermanja. Din se tkun l-aħħar waħda ta’ Ronaldo qabel jirtira mill-karriera. 

Bosta huma dawk li qed jantiċipaw li huwa se jkollu mpatt qawwi għal pajjiżu biex isellem lit-team nazzjonali fuq nota pożittiva. 

Ir-rekords kollha tiegħu ta’ din is-sena:

Al-Nassr

Partiti: 49

Goals: 43

Assists: 13

Penalties: 12

Free-kicks: 2

Hat-tricks: 3

Minuti għal kull goal: 101.6

Minuti għall-kontribuzzjoni tal-goals: 78

Portugall

Partiti: 9

Goals: 10

Assists: 2

Penalties: 3

Free-kicks: 1

Hat-tricks: 0

Minuti għal kull goal: 72.4

Minuti għall-kontribuzzjoni tal-goals: 60.3

TOTAL

Partiti: 58

Goals: 53

Assists: 15

Penalties: 15

Free-kicks: 3

Hat-tricks: 3

Minuti għal kull goal: 96.1

Minuti għall-kontribuzzjoni tal-goals: 74.9

Ekonomija

Sport