Wednesday, July 24, 2024

Waterpolo: Wirja qalbiena mhux biżżejjed għall-Maltin

Aqra wkoll

Malta…………….…11   

Franza……..…..….15

(3-3, 3-3, 1-5, 4-4)

Wirja qalbiena mit-team nazzjonali Malti tal-waterpolo ma kinitx biżżejjed biex tissupera lil dak Franċiż li minkejja li mhumiex tal-istess kalibru tal-Italja, xorta rnexxielhom jirbħu t-tieni logħba tagħhom hekk kif intlagħbet it-tielet logħba mill-Christmas International Waterpolo Tournament 2023, meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 15-11 fejn kien fit-tielet sessjoni li għamlet id-differenza bit-tlieta l-oħra kollha jintemmu f’paritá.

L-ewwel sessjoni ntemmet bl-iskor indaqs ta’ 3-3, bil-goals għal Franza jaslu minn Michael Bodegas, Thomas Vernoux u Alexandre Bouet. Dan filwaqt li Jake Muscat minn penalty, Sam Gialanze u Jayden Cutajar wieġbu għall-Maltin

Ta’ nota huwa l-fatt li kmieni f’din is-sessjoni, Liam Galea falla penalty għal pajjiżna, hekk kif kellu t-tentattiv tiegħu mid-distanza ta’ ħames metri jiġi salvat bi bravura mill-goalkeeper Franċiż, Arshak Hovhannisyan.

U bħall-ewwel sessjoni, it-tieni waħda wkoll intemmet fi draw ta’ 3-3, bl-iskorers għall-Maltin ikunu Jake Muscat (2) u Jayden Cutajar minn penalty. Thomas Vernoux, Alexandre Bouet u l-captain Ugo Cousillat minn penalty irrispondew għal Franza. 

Iżda fit-tielet sessjoni, Franza, ħadu r-riedni tal-logħba għal kollox f’idejhom meta ħarġu rebbieħa bl-iksor ta’ 5-1, bl-iskorers għalihom ikunu Michael Bodegas (2), Ugo Cousillat (2) u Thomas Vernoux. Liam Galea skorja l-uniku goal għall-Maltin.

L-aħħar sessjoni rriżultat bħala waħda ferm bilanċjata, b’din tintemm bl-iskor indaqs ta’ 4-4, bil-goals għall-Maltin jaslu minn Ben Plumpton, Nikolai Zammit, Liam Galea, u Jake Muscat minn penalty. Michael Bodegas, Romain Marion Vernoux, Pierre Vanpeperstraete u Alexandre Bouet wieġbu għall-Franċiżi.

Malta: 1-Jake Tanti, 2-Gianni Farrugia, 3-Liam Galea (2), 4-Mark Castillo, 5-Sam GiaIanze (1), 6-Ben Plumpton (1), 7-Jake Muscat (4), 8-Jayden Cutajar (2), 9-Jerome Zerafa Gregory, 10-Nikolai Zammit (1), 11-Darren Zammit, 12-Nicholas Bugelli, 13-Matthew Bonello Dupuis, 14-Matthias Azzopardi, 15-Jake Bonavia; Coach: Milan Cirovic.

Franza: 1-Arshak Hovhannisyan, 2-Remi Saudadier, 3-Ugo Cousillat (3), 4-Alexandre Bouet (3), 5-Enzo Nardon, 6-Thomas Vernoux (3), 7-Duje Zivkovic, 8-Emil Bjorch, 9-Mehdi Marzouki, 10-Michael Bodegas (4), 11-Pierre Vanpeperstraete (1), 12-Andrea De Nardi, 13-Hugo Fontani, 14-Charles Canonne, 15-Romain Marion Vernoux (1); Coach: Florian Bruzzo.

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari.

Fit-tieni logħba tal-Ħamis, Franza għelbu lill-Olanda 10-8 (4-1, 2-2, 1-2, 3-3).

Illum: 6.00 pm Malta v Olanda; 7.45 pm Italja v Franza.

Ekonomija

Sport