Thursday, November 14, 2024

Aġġornament dwar il-ftehim ta’ wara Brexit f’Jum il-Milied

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum rapreżentanti mill-istati membri tal-UE inkluż minn pajjiżna, iltaqgħu fi Brussell biex jingħataw aktar dettalji dwar il-ftehim storiku ta’ kummerċ wara Brexit, li ntlaħaq bejn l-UE u r-Renju Unit il-Ħamis wara nofshinar.

Kien in-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewrope Michel Barnier li mexxa dan l-aġġornament dwar dan il-ftehim li qed iseħħ wara xhur sħaħ ta’ negozjati u nuqqas ta’ qbil fuq numru ta’ suġġetti.

Il-pass li jmiss ikun dak tat-30 ta’ Diċembru li ġej fejn il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw dwar dan. Ir-Renju Unit mistenni jneħħi l-liġijiet ta’ kummerċ li kienet timponi fuqu l-UE fl-aħħar ta’ din is-sena.

Ekonomija

Sport