Tuesday, March 25, 2025

AĠĠORNAMENT: Ikkonfermata ħidma ta’ assistenza mill-AFM f’baħar imqalleb f’San Pawl il-Baħar

… Illum ġiet mitluba tassisti vapur ieħor żgħir u tinvestiga erba’ persuni

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) għadu kemm ikkonferma ma’ dan is-sit li llum wara nofsinhar bastiment tal-għassa tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fil-fatt ipprovda assistenza lil yacht tal-qlugħ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar li rrapportajna aktar qabel. Dan wara li l-yacht esperjenza ħsara fil-magna u sofra ħsarat fit-tagħmir tal-qlugħ tiegħu.


Fuq mistoqsijiet li għamilnielu dwar ħidmet l-armata f’dan il-maltemp li qegħdin nesperjenzaw, il-kelliem qal li aktar kmieni llum wara nofsinhar l-AFM intalbet ukoll tassisti vapur żgħir tal-passiġġieri wara li kien qiegħed jidħollu l-ilma fl-inħawi tad-Dwejra. Hawn ġie mibgħut assi SAR u mgħejjun permezz ta’ pompa tal-ilma.


Barra minnhekk, infurmana wkoll li l-bastiment SAR investiga erba’ persuni fil-baħar fl-istess post iżda ġie kkonfermat li dawn l-individwi ma kienu jeħtieġu l-ebda għajnuna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport