Friday, April 26, 2024

AĠĠORNAT: Bernard Grech maħtur bħala Kap tal-Oppożizzjoni

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

1:30 p.m: Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ftit tal-minuti ilu ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Kap tal-Oppożizzjoni.

1:15 p.m: Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech minn hawn u ftit tal-mumenti oħra mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa għadu kif wasal flimkien ma’ martu fil-Palazz ta’ San Anton ftit tal-ħin ilu.

Dan wara li s-Sibt li għadda huwa kiseb il maġġoranza assoluta tal-voti fil-konfront ta’ Adrian Delia fl-elezzjoni li saret bejn it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista.

F’din l-elezzjoni Adrian Delia kiseb 5,622 (30.7%) tal-voti, jiġifieri ftit aktar minn 2,000 vot inqas minn meta kien ikkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-PN u rebaħ kontra Chris Said fl-2017. Min-naħa l-oħra Bernard Grech rebaħ l-elezzjoni b’distakk qawwi ta’ 7,011 hekk kif kiseb 12,633 vot (69.3%).

Intant ilbieraħ Grech ħa l-ġurament bħala Deputat Parlamentari wara r-riżenja ta’ Ivan Bartolo li offra li jċedilu postu.

Sport