Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: Identifikat ir-raġel li miet f’nirien li ħakmu ħanut fil-Ħamrun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ritratti: ROGER AZZOPARDI

YouTube video

4:30 p.m: Minn iżjed investigazzjonijiet illi saru, il-vittma ġie identifikat bħala raġel Eġizzjan ta’ 25 sena.

9:00 a.m: Skont informazzjoni mill-post fejn seħħ l-inċident jidher li l-vittma x’aktarx huwa s-sid tal-ħanut li kien isakkar u jorqod fl-imsemmi post. Minkejja dan din l-informazzjoni għad trid tiġi konfermata.

8:10 a.m: Persuna tilfet ħajjitha wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:00 a.m kienet involuta f’inċident li seħħ fi Triq Ħal Qormi l-Marsa 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fil-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li ħanut li jinsab fl-imsemmija triq għal xi raġuni ha n-nar. Sfortunatament fil-ħanut kien hemm persuna li tilfet ħajjitha b’kawża tan-nirien. 

Fuq il-post issejħu membri mill-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw n-nirien u tim mediku. Xi nies li joqogħdu fl-akwati kellhom jiġu evakwati minn djarhom sakemm jitneħħa kull periklu. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr. Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

L-identita’ tal-vittma għadha mhux magħrufa. 

Sport