Saturday, May 4, 2024

AĠĠORNAT: Ikomplu jonqsu l-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna; Reġistrat każ wieħed ta’ tfajla ta’ 18-il sena

Aqra wkoll

Fil-konferenza tal-aħbarijiet fejn ingħata l-aġġornament dwar il-każi ta’ Covid-19 f’Malta u Għawdex, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li n-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna kompla jonqos għal 276 każ, wara li f’dawn l-aħħar 24 siegħa 15-il persuna oħrajn fiequ mill-virus, biex b;hekk in-numru ta’ persuni li s’issa fiequ issa jammonta għal 165 persuna.

Fl-istess waqt hija qalet li mit-808 swab test li saru, irriżulta każ wieħed biss pożittiv. B’hekk il-każi kumplessivi ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 f’pajjiżna issa jammonta għal 444 każ.

Il-każ reġistrat illum jikkonċerna lil tfajla ta’ 18-il sena, li fit-18 ta’ April bdiet turi sintomi. Hija kellha biss kuntatt mal-membri tal-familja tagħha minħabba li bħalissa l-iskejjel f’pajjiżna, inkluż l-Università, jinsabu magħluqin. Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li żewġ qraba tat-tfajla wkoll qed juru sintomi u għaldaqstant l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlulhom it-testijiet meħtieġa. Intant il-familja se tkun qed tinżamm fi kwarantina.

Sport